“Book Descriptions: Dan id-dramm jittratta r-rutini sempliċi u eċċentriċi ta’ Ġorġ u bintu Yasmina; rutini mibnija fuq il-memorji u s-sigrieti midfuna fil-garaxx li jgħixu fih. Mal-wasla ta’ Phyllis li trid tordna tebut isfar, jasal ukoll Gustav li jrid jixtri l-garaxx biex jibdlu f’boutique hotel. Imma Ġorġ u Yasmina la jafu u lanqas iridu jħallu warajhom snin twal ta’ ferħ u niket biex jibdew kollox mill-ġdid fi flett ieħor, f’belt oħra.
Tebut Isfar telaq minn tema attwali ħafna — dik tal-ġentrifikazzjoni tal-Belt Valletta. Imma ma jesplorax biss din it-tema jew it-tema tat-torrijiet m’għola s-smewwiet. Iħaddan fuq kollox it-tema tal-fraġilità, u taż-żgħar li jisfgħu dejjem jinbelgħu mill-kbar; tal-memorji l-iktar għeżież tagħna li naraw kif u fejn se naqfluhom biex qatt ma jitilquna.
U aktarx, jitilquna (jew jeħduhomlna) xorta.
Imtella’ għall-ewwel darba fl-2018 minn Unifaun Theatre Productions, b’direzzjoni ta’ Marcelle Teuma
Ir-ritratt tal-qoxra ta’ Christine J. Muscat-Azzopardi” DRIVE